Il-Kaptan Clifford Chetcuti irreżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Air Malta għal raġunijiet personali.
Minkejja dan, Chetcuti stqarr li se jkompli jagħti appoġġ bla ħlas lill-kumpanija sakemm ikun appuntat Kap Eżekuttiv ġdid.
Il-Ministru għall-Ekonomija u Negozji Żgħar Silvio Schembri rringrazzja lill-Kaptan Chetcuti għax-xogħol li wettaq u faħħar ir-reżiljenza tiegħu u l-impenn personali sabiex imexxi l-kumpanija fi żminijiet ta’ sfida.