Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil seba’ nutara pubbliċi wara li dawn għaddew b’suċċess l-eżami għall-otteniment tal-warrants.
Il-Ministru Zammit Lewis awguralhom kull suċċess u saħaq magħhom li bħala uffiċjali pubbliċi għandhom iwettqu xogħolhom b’serjetà, imparzjalità, u b’rispett lejn il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.
Dan il-messaġġ wasslu fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti s-Sur Johan Galea, in-Nutar tal-Gvern Dr Keith German, u l-President tal-Kunsill Nutarili Dr Clinton Bellizzi.