Il-jott HH42 ta’ Lee Satariano rebaħ is-60 edizzjoni tal-Malta – Syracuse Race, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione Siracusa) li seħħet fl-1 ta ’Awwissu. Din it-tellieqa kienet ġie posposta mid-data tas-soltu f’nofs Lulju minħabba restrizzjonijiet tas-saħħa. Fiċ-ċirkostanzi, din is-sena rat parteċipazzjoni mnaqqsa meta mqabbla mas-snin ta ‘qabel. Madankollu, tmintax-il jott kienu mal-linja tat-tluq – inklużi veterani Taljani Ottovolante u Malafemmena.
Malta kienet irrapresentata minn disa jottijiet li kienu jinkludud lil Alecto (Charles Cronin), Artie III (Lee Satariano), Comanche Raider III (Ramon Sant Hill), Elusive 2 (Aaron, Christoph & Maya Podesta), Inspiration (Godwin Zammit), Janissah (Mario Debono), Lartista (Anthony Camilleri), Maltese Falcon 2 (Jonathan Camilleri Bowman) u Otra Vez (Aaron Gatt Floridia).
Artie III ta’Lee Satariano – iffurmat prinċipalment minn baħħara ta’ esperjenza fir- Rolex Middle Sea Race, kisbet l-unuri kollha tat-tellieqa – line honours, it-tellieqa ġenerali fil-Kategorija ORC kif ukoll fil-Kategorija IRC – din tal-aħħar kienet komposta mill-flotta Maltija.
Il-flotta kellha kundizzjonijiet tat-temp tajbin għall-biċċa l-kbira tat-tellieqa, għalkemm ir-riħ sar eħfef viċin ta’ Sqallija. Minkejja l-wirja eċċellenti tagħhom u li spiċċaw b’distakk sostanzjanli fuq Ottovolante, ir-rekord tal-korsa stabbilit fl-2014 mill-Massimo Savoca’s Dreamer Tech – ħin ta ’08:37:22, xorta ma kienx possibli għall- Artie III.
Id-dgħajjes Maltin fit-tieni u t-tielet post kienu l-Otra Vez ta ‘Aaron Gatt Floridia, segwit mill-aħwa Podesta b’Elusive 2. Fil-Kategorija tal-Cruiser, Inspiration ta’ Godwin Zammit kienet l-ewwel dgħajsa Maltija f’din il-kategorija, u spiċċat fir-raba ‘post.
L-iżgħar membru tal-ekwipaġġ tal-Flotta kien Kristian Borg Nicolas, li kienet jifforma parti mill-ekwipaġġ tal-Maltese Falcon II. Huwa ġie ppreżentat b’trofew għall-parteċipazzjoni tiegħu mill-President tal-Lega Navale Italiana, Antonino Amato.
Sfortunatament, it-tellieqa li kella ssir min Siracuza lejn Taormina ġiet ikkanċellata minħabba attendenza fqira.