Illum tibda l-kumpilazzjoni fil-każ ta’ qtil ta’ Saviour Gaffarena. Gaffarena ta’ 27 sena nqatel b’tir t’arma tan-nar l-Erbgħa filgħaxija tal-ġimgħa li għaddiet.
Huwa kien nstab mixħut mal-art biswit karozza fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, l-Imqabba iżda l-investigazzjonijiet juru li r-raġel intlaqat fil-limiti ta’ bejn Ħal Millieri u ż-Żurrieq.
F’dan il-każ, kuġinuh, Vince Gaffarena ndarab gravi wara li kellu feriti f’wiċċu u sidru. Dwar dan il-każ kienu ġew arrestati erba’ persuni, tnejn minnhom bħala suspettati ewlenin fil-każ. Dawn il-persuni ġew arrestati mill-pulizija inqas minn tliet sigħat wara li seħħ l-omiċidju.
Żewġ żgħażagħ ta’ 18-il sena, Leon Debono u Owen Schembri minn Ħal Kirkop tressqu l-Qorti jumejn wara l-każ mixlija bi qtil u attentat ta’ qtil. Huma ċaħdu l-akkużi u nżammu arrestati. Illum mistennija jibdew jixhdu spetturi involuti fl-investigazzjonijiet.
11:02- L-Ispettur Kurt Zahra qal li jista’ jkun li fil-karozza ntużat xi droga. Imma dwar dan se jixhdu l-membri tal-forensika.
11:00- Fuq Saviour Gaffarena nstabet arma.
10:44- L-Ispettur Zahra qal li kellmu lil żagħżugħ li l-isem tiegħu ma jistax jixxandar minħabba li hu taħt l-età u bdew isegwu l-aħħar aġġornamenti minn fuq il-midja. Huwa għaraf il-vettura u jaf li Owen Schembri kien ikun ma’ Vince.
Owen Schembri beda jaqtagħlu u bagħatlu: “Good night”. Owen Schembri ċempilu u qalu biex imur ħdejh.
L-arma nstabet f’nofs siġra tal-bajtar tax-xewk.
10:40- Vince Gaffarena li hu wieħed mill-vittmi meta beda ġej f’tiegħu, irrakonta mal-Pulizija li nqala’ argument bejniethom. Owen Schembri wrieh l-arma u Leon Debono spara tir f’wiċċ u sider Vince kif kien qed jiġri kompla jisma’ tiri, mar jiġri u fil-karozza ra lil Saviour Gaffarena mixħut fil-karozza.
10:34- Iktar tard għall-ħabta tal-4:00 ta’ filgħodu, kien hemm ġuvni li deher jagħmel jogging barra. Iż-żagħżugħ kien jaf b’dak li ġara u ġie arrestat sabiex isir aktar stħarriġ.
10:32- Xehed li l-Pulizija bdiet bi tfixxijiet sabiex isir dawn iż-żewġ arresti. L-Assistent Kummissarju informa li l-Ispettur Zahra li kien hemm ġuvni, Leon Debono, li ħarab jiġri xħin ġie avviċinat mill-Pulizija.
10:27- Vince Gaffarena qalhom li l-isparatura seħħet f’żona ta’ Ħal Millieri, li tinsab bejn l-Imqabba u ż-Żurrieq.
10:25- Il-Pulizija għaddiet karta lil wieħed mill-vittmi li għadu ħaj, kiteb isem Leon Debono u Owen Schembri. Fuq karta indika li kienu huma li sparaw.
10:22- Beda jixhed l-Ispettur Zahra qal li l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet irċieva telefonata mingħand l-Ispettur Arnaud li kien hemm qtil fl-Imqabba. Wieħed minnhom jidher li beda jitkellem u l-ieħor kien miksi bid-demm, beda jiġi assistit u jtuh CPR, imma ftit minuti wara t-tabib Michael Spiteri qalu li kien miet fuq il-post.
Fi seat ta’ wara kien ammont ta’ demm u biċċiet ta’ laħam.
9:47- Il-kumpilazzjoni ser isir f’awla 9.
9:40- Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia bdiet il-kumpilazzjoni, bl-Ispettur Kurt Zahra se jibda jixhed.
Fl-awla l-avukati tad-Difiża qed jilmentaw li l-awla hija żgħira.
Bl-avukat Gianella De Marco talbet sabiex fl-awla ikun hawn ġurnalist biss wieħed li jirrapreżenta lill-ġurnalisti kollha.
Il-Maġistrat Nadine Lia qaltilha biex tagħmel it-talba lill-amministrazzjoni tal-Qorti sabiex il-kumpilazzjoni tinstema’ f’awla ikbar.