Splużjoni kbira li nstemgħet tidwi minn partijiet oħra tal-kapitali Lebaniża, Bejrut qatlet għexirien ta’ persuni, bl-isptarijiet mhux ilaħqu mal-ammont ta’ nies li qed jidaħħlu wara li ndarbu.
L-ewwel rapporti juru li hemm bosta mejta hekk kif xi nies qabdu l-mument eżatt tal-isplużjoni kbira li seħħet tard illum wara nofsinhar.
Il-filmati wrew ukoll daħna bajda kbira.
L-isplużjoni seħħet viċin il-port u rapporti mhux konfermati qalu li kien hemm splużjoni oħra, possibilment fejn id-dar ta’ Hariri.
Din l-isplużjoni seħħet hekk kif kellu jingħata l-verdett tal-eks Prim Ministru Lebaniż Rafik Hariri.
Il-Ministru għas-Saħħa għall-Gvern Lebaniż qal li hemm ħsarat estensivi u bosta nies feruti u mejta.
Il-grupp militanti tal-Hezbollah dejjem ċaħad li kien involut fil-qtil ta’ Hariri, ħmistax-il sena ilu.