Carmel Dimech li xogħlu huwa li jrabbi t-tiġieġ f’razzett ir-Rabat inħeles minn akkużi li spara lejn il-klieb tal-ġirien tiegħu.
Il-każ ġara meta l-klieb li kienu feroċi ħdejn il-grada pruvaw jidħlu fir-razzett tiegħu fejn kellu t-tiġieġ.
Huwa beda jipprova jgħajjat u jċapċap bil-għan li jgerixhom, iżda kull tentattiv falla. Għaldaqstant spara tiri ta’ twissija, bil-ġirien semgħu l-isparatura.
Kelb minnhom ntlaqat iżda l-Maġistrat Clare Stafrace Zammit qalet li l-akkuża ta’ moħqrija tal-animali ma kinitx tagħmel sens, għax l-akkużat prova jipproteġi l-annimali tiegħu u ma kellux intenzjoni li joqtol xi animali.