Raġel ta’ 54 sena residenti l-Floriana waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem f’xi stalel fi Sqaq Ħabel Żwejra, in-Naxxar. Huwa jinsab f’qagħda kritika, wara l-inċident li seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs tal-bieraħ filgħaxija.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr F. Depasquale LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar għadhom għaddejjin.