Illum jum kbir fid-dinja teknoloġika. Apple għandhom avveniment annwali li matulu se jiżvleaw kif se jkun l-iPhone 7.
Din l-għodda teknoloġika tant mistennija qiegħda tasal hekk kif Samsung, ir-rivali ewlenin, kellhom isejħu lura l-mimmi t’għajnejhom, in-Note 7, minħabba problemi fil-batteriji.
Ħafna intiżi fid-dinja teknoloġika ilhom jipprovaw ibassru x’se jkun fih l-iPhone 7 – ħafna qed jgħidu li mhux se jkollu l-jack tal-headphone, biex min jixtrih ikollu bilfors juża headphones Bluetooth jew inkella dawk kompatibbi ma’ tip ta’ port ġdid li ħarġu Apple.
Oħrajn qalu li se jkun simili ħafna għall-aħħar mudelli, b’innovazzjonijiet żgħar bħal camera tar-ritratti aħjar. Dual-lens camera tagħmilha possibbli li jittieħdu żewġ ritratti, li imbagħad ikunu magħquda għal stampa bi kwalità ogħla.