Fil-belt Taljana ta’ Genoa tlesta l-pont l-ġdid, li ser jieħu post l-pont li ġġarraf f’Awwissu ta’ sentejn ilu u ħalla 43 persuna mejta.
Il-pont kien waqa’ madwar 45 metru fejn dak il-ħin kienu għaddejjin il-karozzi fuqu.
Il-fdalijiet ta’ dan il-pont kienu ġew iddemolizzati sena ilu.
Il-pont il-ġdid ġie ddisinjat mill-arkitett ta’ fama internazzjonali Renzo Piano.
Dak iż-żmien din it-traġedja kien qam dibattitu jaħraq rigward is-sigurtà tal-infrastruttura fl-Italja.