Gerald Fenech, li jsejjaħ lilu nnifsu ġurnalist u jikteb u jingħad li jirrapporta fake news b’rabta mal-imxija tal-COVID-19 infexx jattakka lill-Partit Laburista.
Fuq kumment għall-kitba tiegħu stess, għajjar lil-Laburisti ġrieden, żibel, ħmieġ u low lives. Dan il-kumment ma deherx iżjed wara kritika qawwija li Gerald Fenech ffaċċja iżda l-kitba bl-istampa tal-ġurdien baqgħet tidher.
Fl-aħħar ġimgħat, Gerald Fenech kiteb ħafna dwar il-COVID-19 u kienu bosta li qiesu l-kitbiet tiegħu bħala mod kif jipprova joħloq paniku u allarm.
Fl-aħħar jiem anki semma li dawk li marru għall-festa ta’ San Ġorġ f’Għawdex kellhom imorru jagħmlu test għall-virus iżda dan ġie miċħud mill-awtoritajiet.
Hekk ukoll ġew miċħuda rapporti mxandra fil-midja soċjali li fl-iskola primarja ta’ Ħal Qormi San Ġorġ, hemm każ ta’ Coronavirus.
L-awtoritajiet ukoll appellaw għar-responsabbilità biex ma tinxteridx informazzjoni skoretta.
Fl-aħħar jiem, fuq il-midja soċjali daru wkoll numru ta’ messaġġi li saħqu li Gerald Fenech kien qed jitlob il-flus biex in-nies jissieħbu fi grupp u jirċievu dik li sejjaħ bħala informazzjoni esklussiva mingħandu dwar l-imxija.
Fuq il-facebook tiegħu, Gerald Fenech stieden lin-nies jibgħatulu messaġġ privat għad-dettalji għall-inizzjattivi tiegħu.