Sas-sittax ta’ Lulju, it-Teżor irċieva aktar minn tlettax-il elf applikazjoni b’valur nominali ta’ aktar minn mija u disa’ miljun ewro għall-iskema ta’ tfaddil tal-Gvern ta’ bonds għall-anzjani li għandhom tnejn u sittin sena jew aktar.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi spjega li l-ammont tal-ħruġ kien ta’ sittin miljun ewro soġġett li l-ammont jiżdied sa massimu ta’ ħamsa u tletin miljun, f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont tal-ħruġ.
Kif diġà stipulat, l-imgħax fuq l-ammont allokat beda jakkumula mill-wieħed u għoxrin ta’ Lulju.
Ir-rifużjonijiet ta’ applikazzjonijiet li ma ġewx aċċettati se jitħallsu nhar it-Tnejn tlieta ta’ Awwissu permezz ta’ kreditu bankarju indikat mill-applikant.