Dawk li kienu fuq il-bajja tal-Għadira esperjenzaw xi ħaġa differenti mis-soltu, hekk kif fekruna dehret tiela’ fuq ix-xtajta u wara li mxiet xi metri biedet numru ta’ bajd.
Bl-aħbar tal-bajd tal-fekruna kienu infurmati l-membri ta’ Nature Trust, l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi u l-Pulizija li mill-ewwel bdew bil-ħidma biex tkun imħarsa ż-żona.
Iż-żona fejn hemm il-bejta tinsab protetta bit-tama li ma ssirx ħsara lil bajd li noramalment jieħu max-xahrejn biex tbid.
Ritratti: Nature Trust/Facebook, Tony Sammut u ERA