Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President laqa’ b’sodisfazzjon l-aħħar żviluppi fil-Parlament wara li b’mod unanimu għaddew sitt liġijiet favur is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba.
Il-President innota u awgura li dan is-sens ta’ kooperazzjoni bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni jkompli jirrenja sabiex isiru f’riformi li se jsiru fil-futur.