Wara l-laqgħa tat-Tnejn filgħodu bejn Jason Azzopardi u Bernard Grech f’rokna moħbija f’ħanut tax-xorb f’tas-Sliema, uħud mid-dsatax-il deputat li sfiduċjaw lil Delia sabuha diffiċli sabiex jagħżlu bejn Therese Comodini Cachia u Bernard Grech.
Dan għalkemm sa ġimagħtejn ilu Therese Comodini Cachia kienet imsemmija mal-President tar-Repubblika sabiex tkun hi l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Barra l-Parlament kienu bosta deputati mid-dsatax li sfiduċjaw lill-kap u li quddiem il-president urew fiduċja f’Therese Comodini Cachia li meta ġew mistoqsija f’min għandhom fiduċja bejn Therese Comodini Cachia u Bernard Grech dawn ħarbu mill-mistoqsija.
Ġurnalist: “F’min għandek fiduċja, f’Bernard Grech jew Therese Comodini Cachia?
Herman Schiavone: “Fil-Partit Nazzjonalista. Għaliex il-proċess li qed ngħaddu minnu huwa biex insaħħu l-Partit Nazzjonalista.”
Ġurnalist: “F’min għandek fiduċja, f’Bernard Grech jew Therese Comodini Cachia?”
Ivan Bartolo: “Jiena wasalt dalgħodu, għax kont qiegħed barra, m’għandi l-ebda idea x’ġara, skużani.”
Ġurnalist: “Jason Azzopardi kellu laqgħa ma’ Bernard Grech dwar it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.”
Ivan Bartolo: “Dak qed tgħidu inti imma.”
Ġurnalist: “Konna preżenti fuq il-post. Nafu.”
Ivan Bartolo: Ma jimpurtax. Thankyou. X’se nagħmel u x’naħseb, dak fil-kuxjenza tiegħi u narah jien ta’ hi.”
Id-deputat Nazzjonalista David Thake li saħansitra qal li Adrian Delia huwa monstru, stqarr li għalissa Therese Comodini Cachia għad għandha l-fiduċja tiegħu iżda ta x’jifhem li dan kollu jista’ jinbidel la darba jkun hemm tellieqa għal kap tal-Partit Nazzjonalista.
David Thake: “Therese għandha l-backing tiegħi sabiex tkun Kap tal-Oppożizzjoni. S’issa sa fejn naf jien għad m’hemm l-ebda elezzjoni. Jiddeċiedi l-kunsill ġenerali u nimxu minn hemm mhux hekk.”
Ġurnalist: “U la darba jkun hemm dik it-tellieqa għall-kap tal-Partit?”
David Thake: “Ħa nmorru pass pass”
Meta mistoqsi l-istess mistoqsija, l-Ewroparlmantari Nazzjonalista David Casa baqa’ jaħrab mill-mistoqsija u beda jistqarr li huwa għandu fiduċja biss fil-Partit Nazzjonalista.
Dan sakemm Casa talabna biex inħalluh.
Ġurnalist: “Sfiduċjajtu lill-kap Adrian Delia u qed insaqsik isa f’min għandek fiduċja… Ma tikkummentax dwar dan?
David Casa: “Fiduċja fil-Partit Nazzjonalista. ”
Ġurnalist: “Nafu li ma kellkomx fiduċja f’Adrian Delia, qed insaqsik jekk għandkomx fiduċja f’Therese Comodini Cachia jew Bernard Grech?”
David Casa: “Il-Partit Nazzjonalista, ikun il-Partit li jeqred il-korruzzjoni darba għal dejjem.”
Ġurnalist: “Nerġa ngħidlek mhux hekk staqsejtek, qed insaqsik fl-isfond.. però bħala ġurnalist nista’ nistaqsik din id-domanda.”
David Casa: “Mela issa ħallini.”
Intant, d-deputat Nazzjonalista Kristy Debono li kienet tkun dejjem wara Adrian Delia iżda li spiċċat sfiduċjatu u ingħaqdet mad-dsatax-il deputat tal-fazzjoni ta’Simon busuttil, issa jidher li qed tinżamm fid-dlam mill-istess fazzjoni hekk kif lanqas biss kienet taf bil-laqgħa li kellu Jason Azzopardi ma’ Bernard Grech dwar it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Ġurnalist: “Wara l-laqgħa li kellu dalgħodu Jason Azzopardi ma Bernard Grech, ser tkunu qed idduru fuqu issa għat-tmexxija?”
Kristy Debono: “Il-laqgħa li kellu Jason Azzopardi ma’ Bernard Grech?”
Ġurnalist: “Jason Azzopardi ltaqa’ ma’ Bernard Grech dalgħodu fejn iddiskutew it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.”
Kristy Debono: “Le dwar il-laqgħa ma nafx biha.”