Bejn Jannar u Lulju kien biss fl- ewwel u r-raba’ xahar tas-sena li l-pulizija qabdet persuni taħt l-età fi stabbilimenti f’Paceville.
Irrapportat dan il-gazzetta KullĦadd li qalet li din is-sena nqabdu total ta’ 20 persuna taħt l-età ta’ sbatax 17-il sena jiddevertu f’xi bar f’Paceville.
Dan wassal biex ħames persuni tressqu l-Qorti hekk kif huma s-sidien tal- istabbilimenti li jiffaċċjaw il- ġustizzja.
Il-kwistjoni ta’ tfal taħt l-età f’Paceville telgħet fuq l-aġenda nazzjonali wara l-inċident ta’ Plus One f’Paceville s-sena li għaddiet fejn weġġgħu diversi persuni, fosthom adoloxxenti.
Saħansitra kien ikkummenta dwarha l-Prim Ministru u l-Gvern ħarrax il-multi bil-kbir.
Minn €230, il-multa għal dawk li jdaħħlu tfal fl- istabbilimenti telgħet għal €1,250.
Dan flimkien ma’ passi li permezz tagħhom sidien tal-istabbilimenti setgħet titteħdilhom il-liċenzja.
Żgħażagħ u adoloxxenti taħt is-sbatax -il sena jistgħu jiddaħħlu -istabbilimenti biss meta s-sidien ikunu applikaw għal permess speċjali fuq kundizzjoni li ma jbigħux alkoħol.
Mistoqsija mill-KullĦadd biex tispjega kif f’Jannar li għadda, ftit xhur wara l-inċident, inqabdu tliettax-il persuna mbagħad għaddew xhur fejn ma nqabad ħadd, il-pulizija sostniet li l-ispezzjonijiet baqgħu jsiru b’mod regolari.
“Ġentilment ninfurmak li l-pulizija jagħmlu spezzjonijiet b’mod regolari. Kif semmejt tajjeb int, jista’ jkun il-każ li l-multi li ġew imposti kienu ta’ deterrent,” kien ikkwotat jgħid kelliem għall-pulizija.
Tal-istess fehma hu Philip Fenech, rappreżentant tal- ħwienet ta’ Paceville ħdan il-GRTU.
Mal-KullĦadd qal li li l-pulizija l-ħin kollu jiġu jiċċekkjaw u li kemm ilha li żdiedet il-multa kien hem iktar biża u iktar responsabbilta, inkluż mis-sidien tal-ħwienet iżda wkoll mill-ġenituri