Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, ħassar laqgħa li kellu skedata ma’ Rodrigo Duterte, President tal-Filippini. Dan wara li Duterte rrefera għal Obama bħala iben prostituta.
Duterte kien qed iwieġeb għal dikjarazzjoni ta’ Obama li fil-laqgħa kien se jqajjem il-kwistjoni ta’ qtil marbut ma’ droga. Minflok ma’ Duterte issa Obama se jiltaqa’ mal-President tal-Korea ta’ Isfel.
Duterte ħareġ stqarrija fejn qal li jiddispjaċih li l-kumment tiegħu ttiħed bħala wieħed personali. Obama ilu jitkellem dwar id-drittijiet tal-bniedem f’dan il-pajjiż filwaqt li Duterte qal li l-ġlieda kontra d-droga se tkompli. Minn meta ħa t-tmexxija f’idejh inqatlu iktar minn 2,400 persuna li jew traffikaw jew saħansitra użaw id-droga.