Melvin Theuma ħareġ mit-taqsima għall-kura intensiva u jinsab f’qagħda stabbli.
Fi stqarrija li ħarġet, il-pulizija spjegat li mit-taqsima għall-kura intensiva, Theuma tmexxa għall-ENT Ward fl-Isptar Mater Dei.
Il-ġimgħa l-oħra, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia nstab mill-Pulizija u s-sieħba tiegħu f’għadira demm ġewwa r-residenza tiegħu wara li pprova jweġġa’ lilu nnifsu permezz ta’ sikkina.
Huwa kien ittieħed l-isptar b’urġenza permezz ta’ ambulanza fejn ġie operat immedjatament.