Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, madwar 2,500 persuna għamlu użu mis-servizz tat-trasport ċirkolari b’xejn lejn iż-żona ta’ Wied iż-Żurrieq. Dan sar waqt l-attività ‘Destinazzjoni Wied iż-Żurrieq’ li ġiet organizzata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Din l-attività kienet tinkludi mawriet bid-dgħajjes tat-turisti fiż-żona ta’ Blue Grotto u anke programm li kien jolqot il- gosti ta’ kulħadd, mill-kbir saż-żgħir.
Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li attività bħal din qed tgħin sabiex din iż-żoni pittoreska tkompli t-turiżmu f’pajjiżna.
Dan is-servizz b’xejn tal-linja ċirkolari għandu l-għan li jnaqqas it-traffiku u n-nuqqas ta’ post biżżejjed għall-ipparkjar f’din iż-żona.
Dan is-servizz ikun offrut mill-Ħamis sal-Ħadd bejn l-10 ta’ filgħodu sa nofs il-lejl bi frekwenza ta’ madwar 20 minuta. Wieħed jista’ jaqbad dan is-servizz miż-żona ta’ San Niklaw limiti tas-Siġġiewi u miż-żewġ pjazez ewlenin tal-Qrendi u taż-Żurrieq. Ukoll wieħed jista’ jipparkja l-karozza tiegħu f’żona apposta f’San Niklaw u jkun jista’ jaqbad dan is-servizz sabiex jasal f’Wied iż-Żurrieq.