One.com.mt jinsab infurmat li ftit tal-minuti ilu, żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħal Kirkop ittieħet l-isptar Mater Dei wara li ħabat ġo arblu fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:25 ta’ dalgħodu fi Triq Aldo Moro, meta ż-żagħżugħ kien qed isuq karozza tat-tip Opel Astra u għal xi raġuni baqa’ dieħel f’arblu.
Fuq il-post marru l-pulizija, tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn tal-aħħar assistew liż-żagħżugħ sabiex jinħareġ mill-karozza.
B’kawża ta’ dan l-inċident, żewġ karreġġjati f’din it-triq prinċipali jinsabu magħluqa għat-traffiku, hekk kif ħareġ iż-żejt minn din il-karozza.
Il-kundizzjoni ta’ dan iż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.