Fl-impjant ta’ Sant’Antnin, bdiet titħaddem rudimentary line ġdid sabiex issir l-għażla tal-iskart fil-borża l-griża.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, waqt li żar l-impjant f’Wied il-Għajn.
Dan l-investiment f’dan l-impjant, il-materjali li jiġu riċiklati u magħżula minn dawn il-boroż jinkludu karti, plastik u metall. Imbagħad dawn il-materjali jiġu ppakkjati f’munzelli merfugħa u fl-aħħar jinbiegħu.
Il-Ministru Farrugia qal kif permezz ta’ dan l-investiment, pajjiżna qed iżid il-kapaċità fl-immaniġġjar tal-iskart, li qed isir id f’id mal-ikbar investiment f’dan is-settur, dak tal-ECOHIVE. Dan il-proġett se jinkludi numru ta’ impjanti ġodda sabiex pajjiżna jkompli jilħaq il-miri tiegħu fir-riċiklar tal-iskart.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca qal kif il-ħaddiema qed jemmnu fl-investiment li qed tagħmel il-kumpanija.