Għad-disa’ sena konsekuttiva, is-Sibt 25 ta’ Lulju se ssir il-Ħondoq by Night Festival – waħda mill-akbar attivitajiet li jsiru ġewwa Għawdex. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex u l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia.
Waqt it-tneddija ta’ dan il-kunċert, il-Ministru Camilleri qal kif f’dan it-tmiem il-ġimgħa, il-gżira Għawdxija se tkun mimlija attivitajiet. Qal kif il-gvern huwa kommess sabiex jgħin finanzjarjament sabiex jittelgħu attivitajiet bħal dawn li jattiraw viżitaturi lejn Għawdex, waqt li jiġġeneraw turiżmu intern.
Il-Ministru Farrugia qal kif dan il-kunċert se jsir fl-isfond ta’ waħda mill-isbaħ bajjiet f’pajjiżna, dik ta’ Ħondoq ir-Rummien. Qal kif il-Ministeru għall-Ambjent bħalissa għaddej bil-kampanja ‘Saving our Blue’, li se twassal biex jitwassal il-messaġġ li jitgawdew il-bajjiet u x-xtajtiet Maltin mingħajr l-użu ta’ plastik, sabiex il-bajjiet ikunu aħjar milli sibnihom aħna.
Fost l-artisti li jieħdu sehem f’dan il-kunċert hemm Ira Losco, Cash & Band u Ryan Spiteri, fost oħrajn.