Mis-sena skolastika li jmiss, dawk l-istudenti li deħlin Kinder 1, l-ewwel sena, is-seba’ sena u d-disa’ sena se jkollhom uniformi ġdida u komda.
Is-sena l-oħra maġġoranza tal-istudenti urew ix-xewqa li jkollhom uniformi aktar komda. Dan sar magħruf mill-konsultazzjoni pubblika li ħadu sehem fiha l-istudenti flimkien mal-ġenituri tagħhom.
F’din il-konsultazzjoni pubblika, 85% tal-istudenti tal-primarja, 91% tal-istudenti fis-sekondarja u 73% tal-ġenituri u edukaturi urew ix-xewqa li l-uniformi tkun magħmula minn tracksuit komda, poloshirt, t-shirt, shorts, beritta u ġakketta għax-Xitwa.