Umeshkumar Colony Gopalakrishnan, Indjan ta’ 41 sena nżamm arrestrat wara li qed jiġi mixli li kkorrompa żewġ tfajliet ta’ 14 u 15-il sena.
Fil-Qorti ntqal kif il-każ ġara l-Ħamis f’lukanda f’San Pawl il-Baħar, meta marru biex jirċievu trattament tal-massaġġi u allegatament ġew attakkati sesswalment.
Fil-Qorti ntqal kif it-tfajliet ibbukkjaw massage, iżda l-akkużat li missilhom il-partijiet privati tagħhom. Immedjatament wara, it-tfal talbu l-għajnuna tal-pulizija u l-Indjan ġie arrestat.
L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Fil-Qorti huwa talab sabiex ismu ma jixxandarx imxandar, iżda l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ma laqgħetx din it-talba.