Fi stqarrija, l-Awtorità tax-Xandir qalet li għada, is-Sibt 25 ta’ Lulju se jkun hemm qtugħ fit-trażmissjoni tar-radju tal-istazzjonijiet kollha Maltin bejn il-5:30 u d-9:30 ta’ filgħodu.
Dan se jkun qed isir minħabba xogħlijiet fuq it-torri tal-Għagħur.
Intant, ONE Radio se jkun qed ixandar b’mod online, fuq il-paġni ta’ Facebook one.com.mt u ONE Radio 92.7.