Gejtu Vella irriżenja minn Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista inqas minn ġimgħa wara li nħatar biex iservi fiha mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. L-eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM informa lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech b’din id-deċiżjoni.
Ġie rrappurtat li r-riżenja ta’ Vella waslet wara ġlieda kbira li Gejtu Vella kellu mal-Kap Adrian Delia fuq it-telefon.
Dan dwar argument li kellu ma’ membru ieħor fil-Kummissjoni, Danica Caruana.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista ċaħad biss li Gejtu Vella kellu argument jaħraq mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Il-Partit Nazzjonalista stqarr li din hija aħbar minn sensiela ta’ stejjer foloz minn Lovin Malta kontra Adrian Delia.
Il-partit immexxi minn Adrian Delia akkuża lil-istess sit li qed jagħmel kalunja kontra l-Kap.