Il-Marċ ta’ filgħodu ta’ San Gejtanu se jsir! Bil-kbir ukoll!
Il-Presidenti tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu u tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp flimkien ħabbru li dan l-avveniment ser isir u qegħdin jappellaw lill-pubbliku għall-għajnuna.
Dawn il-presidenti sostnew li sabiex jittella’ dan il-marċ hemm bżonn ta’ sagrifiċċji kbar miż-żewġ għaqdiet. Dan filwaqt li qed tingħata għajnuna mis-Sindku u mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun flimkien mal-Pulizija b’kordinament mal-Arċipriet.
L-Għaqda tal-mużika San Gejtanu ħabbret ukoll li l-programm tal-festa komplut se jitħabbar fil-ħin li ġej.