It-Tnejn wara nofshinar il-Pulizija ssoktat bi tfittxija għal żewġ persuni fl-inħawi tal-Whiterocks f’Pembroke, wara li dawn allegatament serqu xi nies u użaw pistola.
Kelliem għal Pulizija qal ma’ dan l-istazzjon li l-allegat serqa ta’ basket saret waqt li grupp ta’ sitt Maltin kienu qed jgħumu taħt it-torri tal-Whiterocks.
Kif jixhdu l-filmati, għal diversi ħin fuq il-post kien hemm preżenza ta’ Pulizija tar-Rapid Intervention Unit mgħejjuna minn membri mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali li bdew operazzjoni ta’ tfittxija fil-madwar.
Sorsi fuq il-post qalulna wkoll li wieħed mill-allegat agressuri li kien mgħammad u b’misluta m’għajnejh ħareġ pistola, ikkargaha u ppuntaha lejn il-vittma. Wieħed minn dawk li kien fuq il-post qal li wkoll sema’ xi tiri, iżda l-pulizija ma kkonfermatx dan.
Il-Pulizija wkoll elevat filmati minn kameras tas-sigurtà minn binijiet li hemm biswit il-post fejn saret is-serqa.