Il-President Svizzeru Schneider-Ammann ser ikun qed iżur pajjiżna fil-jiem li ġejjin. Il-President Svizzeru matul id-9 u l-10 ta’ Settembru ser ikun qed jkollu diskussjonijiet bilaterali dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għall-Kunsill Ewropew.
Apparti minnhekk ser tkun diskussa ukoll f’pajjiżna is-sitwazzjoni tal-Svizzera mal-Unjoni Ewropea fuq il-moviment ħieles tal-persuni u l-implimentazzjoni ta’ artiklu importanti fil-kostituzzjoni federalista. Fuq l-aġenda ta’ dawn il-laqgħat hemm ukoll diskussjonijiet dwar l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni ta’ Libja u s-Sirja.
Fiż-żjara tiegħu l-President Schneider-Ammann ser ikun jiltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Prim Ministru Joseph Muscat. F’laqgħat oħra, il-President tal-konfederazzoni Svizzera ser ikollu diskussjoni mal-Ministru Chris Cardona u Evarist Bartolo.
Huwa mistenni li wara dawn il-laqgħat ir-relazzjoni bejn Malta u l-Isvizzera ser jintensifikaw.