Is-sena li għaddiet, il-libreriji pubbliċi madwar Malta u Għawdex irreġistraw żieda ta’ tnejn punt tlieta fil-mija fil-kotba mislufa mis-sena ta’ qabel.
Dan ħareġ minn ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li uriet kif matul l-elfejn u dsatax kien hemm aktar minn miljun ktieb misluf mil-librerijipubbliċi, żieda ta’ tlieta u għoxrin elf, ħames mija u tlieta u għoxrin ktieb mill-2018.
Tul is-sena l-oħra, il-libreriji Maltin raw żieda fil-kotba virtwali magħrufa bħala eBooks. Dan hekk kif tul is-sena li għaddiet ftit aktar minn 14,000 ktieb virtwali ġew mislufa, b’żieda ta’ ħamest elef u tmienja mija mis-sena ta’ qabel.
Tul is-sena li għaddiet, l-aktar libreriji li raw l-aktar kotba mislufa kienu dawk tal-Furjana, Birkirkara u Ħal Qormi.
Filwaqt li f’Għawdex, l-aktar kotba li ġew mislufa minnhom kienu dawk tan-Nadur, ir-Rabat Għawdex u x-Xewkija.
L-aktar żieda fil-kotba mislufa kienu fil-librerija ta’ Qrendi, fejn ġiet innutata żieda ta’ aktar minn 10,600 ktieb misluf tul is-sena li għaddiet.
Filwaqt li l-akbar nuqqas fil-kotba mislufa ġiet innutata fil-librerija tal-Mosta, b’nuqqas ta’ aktar minn 16,000 ktieb.
Is-sena l-oħra kien hemm aktar minn 6,000 membru ġdid mal-libreriji.
Minn dawn il-membri l-ġodda, żewġ terzi kienu dawk taħt it-18-il sena, filwaqt li erbgħa u tletin fil-mija kienu adulti.