Miet wieħed mill-akbar mexxejja fejn jidħlu fejn id-drittijiet ċivili, John Lewis. Dan wara li tilef il-battalja kontra l-kanċer fl-età ta’ tmenin sena.
Lewis kien magħruf bħala wieħed mill-aqwa sitt mexxejja fejn jidħlu d-drittijiet ċivili. Inkluż fl-istess lista hemm ukoll Martin Luther King Junior.
Huwa kien ukoll il-moħħ wara r-rally storika f’Washigton lura fl-1963.
John Lewis jibqa’ magħruf għall-ġlieda tiegħu bla qatigħ fejn tidħol il-libertà, l-ugwaljanza u d-drittijiet bażiċi umani.