Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqqaf lil Louis Galea mir-riforma li beda jagħmel fil-Partit Nazzjonalista.
Dan ftit sigħat wara li Louis Galea qal li Adrian Delia għandu jirriżenja u ma jibqax jabbuża mill-lealtà tat-tesserati.
Sena ilu Louis Galea tqabbad minn Adrian Delia sabiex jagħmel riforma fil-partit u l-partit ikollu statut ġdid.
Minkejja li dan l-istatut huwa lest, Louis Galea kien se jkompli jgħin fir-riforma fil-Partit Nazzjonalista, iżda Delia keċċieh.
Waqt li kien suppost qed jagħmel din ir-riforma, Louis Galea kien qed jagħmel il-laqgħat konfoffa u jlaqqa’ lil dawk kontra Delia f’daru fis-Siġġiewi.
F’messaġġ fuq Facebook, jum wara li talbu biex iwarrab, Adrian Delia rringrazzja lil Galea tal-ħidma tiegħu.
Wara din it-tkeċċija, Adrian Delia fetaħ attakk fuq l-esponent minn fazzjoni ta’ Simon Busuttil Andrew Borg Cardona.
Fuq Facebook, Borg Cardona nfexx jgħajjar lil dawk favur Delia bħala Nazzjonalisti tat-tielet klassi.
Iżda Adrian Delia wieġbu u qal li niesu mhumiex klassisti.