Tfajla li fl-elfejn u sbatax kellha sbatax -il sena u ttellgħet il-qorti mixlija li kienet fil-pussess u forniet droga kokaina u eroina ngħatat sentenza ta’ tnax –il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin mill-Qorti tal-Appell.
It-tfajla li isimha mhux jixxandar minħabba l-età li kellha meta seħħ ir-reat.
Hija kienet diġà weħlet sentenza sospiża iżda din is-sentenza ta’ ħabs ġiet effettiva meta naqset tmur għal xi laqgħat mal-uffiċjal tal-probation.
L-avukati tad-difiża, Ishmael Psaila u Edward Gatt appellaw minn din id-deċiżjoni u l-imħallef Aaron Bugeja stqarr li jkun fl-aqwa interess tat-tfajla li tingħata sentenza sospiża ta’ tnax –il xahar sospiżi għal tliet snin flimkien ma’ ordni ta’ superviżjoni sabiex tegħleb il-vizzju tad-droga.