Mewġa ta’ sħana rekord fis-Siberja, kienet tkun impossibbli li sseħħ mingħajr it-tibdil fil-klima li kkawża l-bniedem.
Ikkonkluda dan studju lokali li analizza t-temperaturi f’ċertu reġjuni, li bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena, kienu mal-ħames gradi celcius ogħla mill-medja.
It-temperaturi fil-belt Russa ta’ Verkhoyansk qabżu t-tmienja u tletin grad celcius. Din hija l-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata fin-naħa ta’ fuq tal-Artiku.
Fil-fatt, qed jingħad li l-Artiku qed jisħon b’ritmu mgħaġġel id-doppju tal-medja globali.