Sentejn ilu, il-korporazzjonijiet pubbliċi rreġistraw surplus ta’ sitta u disgħin miljun u mitejn elf ewro.
Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.
Skont l-NSO dan is-surplus reġistrat kien jammonta għal 0.8% tal-prodott domestiku gross.
Id-dħul tal-korporazzjonijiet pubbliċi li huma dawk fil-kontroll tal-Gvern irreġistraw dħul ta’ ftit inqas minn biljun u nofs ewro.
Dan fisser kważi sebgħa u disgħin miljun ewro aktar mis-sena ta’ qabel.
In-nefqa fil-korporazzjonijiet pubbliċi kienet ta’ kważi biljun u tliet mija u tmenin miljun ewro.
Dan ifisser żieda ta’ kważi mija u tmienja u tmenin miljun ewro.
Kif tixhed tabella li ppubblika l-NSO, il-qagħda finanzjarja tal-korporazzjonijiet pubbliċi bħall-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma u l-Port Ħieles, tjiebet.
Dan hekk kif sal-2013 dawn il-korporazzjonijiet f’idejn il-Gvern kienu jirreġistraw defiċit iżda mill-2014 bdew jirreġistraw surplus.