Dan ir-ritratt ittieħed illum wara nofsinhar, u juri kelb (jew kelba) li jidher li ntrema’ fil-bajja tal-Kalanka f’Delimara. Jew hekk, jew inkella din il-ħlejqa kellha inċident sfortunat.
Persuni li kkummentaw fuq siti soċjali qalu li l-kelb jidher li ntefa’ minn fuq xi dgħajsa, għaliex kieku ntefa’ mill-blat kien ikun kapaċi jgħum.
Hu x’inhu, l-każ qanqal ir-rabja u s-sogħba ta’ bosta.