Wara li dalgħodu rrapportajna li Manila Bottone donnha kisritha minn mal-media.link, jidher li sar xi forma ta’ sforz biex din tibqa’ mal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.
Sa dalgħodu, Manila kienet donnha qattgħet il-karti minn mal-media.link. Iddikjarat lilha nfisha ‘Former DJ’ u l-ħidma tagħha kienet deskritta bħala xi ħaġa li ġrat fil-passat.
Iżda sa wara nofsinhar, l-affarijiet inbidlu, u minn Former DJ, saret mill-ġdid DJ.
Dalgħodu rrapportajna li lill-Partit Nazzjonalista ma jista’ jiġihom xejn tajjeb qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza. Bottone kienet is-suġġett ta’ ħafna kritika, meta live fuq Radio 101 kien hemm Beppe Fenech Adami. Lil Viċi Kap tal-PN kritikawh għaliex il-partit kien donnu kisirha minn magħha.
Kien wara l-baraxx kritika li rċieva Fenech Adami li donnu kien hemm ċaqliqa u Bottone kitbet hekk:
Iżda s-semmiegħa ta’ Radio 101 donnhom iridu spjega.
Oħrajn saħansitra iddikjaraw l-appoġġ lejn Manila jiġri x’jiġri, filwat li hemm min jemmen li dak li ġara huwa, kif jgħidu, tort tal-Labour.
Iżda din mhix l-ewwel qasma fil-partit li qed jippreżenta ruħu bħala wieħed li jrid jirnexxi ‘lkoll flimkien’. Din il-ġimgħa, l-ewwel attivitajiet għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza ħadu l-forma ta’ corner meetings, li għalihom kważi m’attenda ħadd.
Dan minnbarra li Simon Busuttil kellu jsejjaħ grupp parlamentari b’ urġenza u jitlob lil membri jekk għadx għandhom fiducja fih. Kellu wkoll jgħidilhom li dawk li mhux lesti jisfidawh f’ dan il-perjodu għandhom jibqgħu b’ ħalqhom magħluq sal-elezzjoni ġenerali.