Omm li kienet ikkundannata tħallas danni ta’ libell lil tabib kienet meħlus fil-Qorti tal-appell.
L-omm kienet qalet li t-tabib gidbilha meta kienet sfurzata twelled it-tarbija tagħha permezz ta’ ċesarja.
Xahar wara t-twelid l-omm reġġgħet marret l-isptar bit-tarbija tagħha li kellha problema bin-nifs fejn diversi persuni qalulha li l-problema hija relatata mat-twelid li sar qabel iż-żmien.
It-tabib George Buttigieg fetaħ proċeduri ta’ libell sentejn ilu u l-Qorti tal-Maġistrati kkonfermat l-argument tat-tabib u b’hekk ordnat lill-omm tħallas elf ewro.
Il-partijiet appellaw din is-sentenza hekk kif l-omm xtaqet li din id-deċiżjoni tiġi revokata filwaqt li t-tabib ried ammont akbar ta’ danni morali.
L-Imħallef Lawrence Mintoff ikkonkluda li fl-imejl Buttigieg ma setax ikun iddentifikat u kienet mibgħuta f’dipartiment speċifiku tal-isptar mingħajr l-intenzjoni li tinxtered.