Il-laqgħat konfoffi mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil komplew isiru u jiddiskutu l-mossi li jmiss wara li kważi ġimgħa ilu sfiduċjaw lil Kap Adrian Delia.
Ftit qabel l-erbgħa ta’ wara nofsinhar, one.com.mt żvela kif ftit qabel bidu ta’ seduta parlamentari oħra, kien hemm laqgħa bejn deputati Nazzjonalisti f’kamra fil-Parlament.
Din il-laqgħa tmexxiet minn Therese Comodini Cachia.
Fil-laqgħa ntlemħu esponenti ewlenin mill-fazzjoni kontra Delia u oħrajn li ġew ma’ din il-fazzjoni fosthom Kristy Debono.
David Thake, wieħed mill-vuċijiet u li jwassal il-messaġġi ta’ dawk li sfiduċjaw lil Delia deher dieħel ftit aktar tard fil-laqgħa.