Bulgara ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-17.30, kienet qed issuq mutur elettriku fi Triq San Martin f’San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni waqgħet, bil-konsegwenza li sofriet xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi iżda mhix fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.