Ir-rival Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana Joe Biden ippreżenta pjan ekonomiku ta’ 700 biljun dollaru sabiex isalva l-ekonomija Amerikana.
Fid-dawl ta’ dan Biden qal li Trump huwa inkompetenti u ma għandu l-ebda pjan ta’ azzjoni sabiex iqajjem fuq saqajh l-ekonomija tal-pajjiż.
Il-pjan li ppreżenta Biden huwa meqjus bħala l-ikbar investiment li qatt sar għall-ekonomija Amerikana mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Intant, it-tim ta’ Trump tennew li l-pjan ta’ Biden bl-isem ta’ Build Back Better ser ikun wieħed katastrofiku.