Neville Gafa ressaq żewġ libelli kontra il-ġurnal The Malta Independent on Sunday dwar artikli li kienu pubblikati nhar il-21 ta’ Awwissu nhar it-28 ta’ Awwissu.
The Malta Independent on Sunday ikkwotaw persuna li qed tgħid li hi whistleblower , u li qed tgħid li Gafa jitħallas €150,000 fix-xahar, li telgħu għal total ta bejn €2 miljun u €3 miljun minn ħlasijiet ta’ visas mediċi fost l-oħrajn.
Gafa kien qal li l-gazzetta qed toqgħod fuq sorsi dubjużi ħafna. Dawn is-sorsi, qal Gafa, għandhom l-intenzjoni li jużaw il-gazzetta sabiex jagħmlu frame up fuqu.
Iddikjara li l-irċevuti msemmija fil-Malta Independent rahom biss meta l-Pulizija kienu qed jinvestigaw – u ntqal lilu li Khaled Ibrahim Ben Nasan uża dawn l-irċevuti bħala prova li kellu jagħti l-flus.