Fil-Qorti llum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda b’rabta mal-mewt ta’ Miriam Pace.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud xehdu żewġ ġirieni, b’wieħed minnhom jgħid li hu u familtu għadhom mhux lesti li jerġgħu jmorru f’darhom għax imkissrin wara t-traġedja.
Il-mara tax-xhud ,li kienet ukoll ħabiba ma’ Miriam, qalet li qed tieħu kura psikoloġika.
Fix-xhieda ħareġ ukoll li l-perit tal-proġett kien qal lill-ġiriem “ma tafux kemm tiswa trencher?” – dan wara li r-residenti tal-madwar riedu li tintuża trencher minflok musmar kbir biex jaqta’ l-blat.
Xhedu wkoll ġirien oħra li kellhom garaxx fi Triq Abela Scolaro u li sa issa għadhom ma ngħatawx kumpens tal-ħsara li saritilhom.
Quddiem il-Qorti l-Erbgħa filgħodu xehdu wkoll żewġ pulizija li kienu minn ta’ l-ewwel li waslu fuq il-post tal-inċident.
Intant, fit-tmienja u għoxrin ta’ Lulju se jsir aċċess fis-sit fejn iġġarraf il-bini.