Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ ħajt fuqu f’sit tal-kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin ta’ wara nofshinar fi Triq it-Tumbarella.
Il-Pulizija kkonfermat li fuq il-post immedjatament marret ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura.
Il-Kundizzjonijiet tar-raġel għadhom pendenti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.