Nies qrib l-Kap Adrian Delia qed iwaħħlu fid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li illikja l-messaġġi bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech. Messaġġi li ġew ippubblikati fit-Times juru kif kien Fenech li dejjem prova jaqbad diskursati ma’ Adrian Delia.
Dan qed iwassal għal suspetti li Jason Azzopardi għamel dan biex iwassal għal vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia u aktar inkwiet u ġlied fil-Partit Nazzjonalista.
Dawn il-messaġġi reġgħu qajmu gwerra oħra fil-Partit Nazzjonalista, bid-deputati tal-fazzjoni Busuttil rikbu fuq din l-istorja f’tentattiv ieħor sabiex ineħħu lil Delia minn Kap.
Il-mobile tas-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, ilu minn Novembru għand il-pulizija.
Il-pulizija eżaminat dan il-mobile u ħadet dawk il-messaġġi li jistgħu jkunu kruċjali għall-investigazzjonijiet.
Jirrizulta li fil-mobile ta’ Yorgen Fenech instabu eluf ta’ messaġġi, fosthom messaġġi bejnu u bejn Adrian Delia.
Sorsi li huma viċin ħafna tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qalu lil dan l-istazzjoni li Delia mhux jeskludi li hemm xi id moħbija wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-messaġġi.
Is-sorsi tagħna qrib il-Kap, qalulna li Adrian Delia mhux jeskludi li wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-messaġġi hemm id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
L-avukat Jason Azzopardi qed jidher bħala parte ċivile għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Mhux l-ewwel darba li kien hemm suspetti li Jason Azzopardi uża dan l-irwol sabiex jikseb informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet fil-qtil ta’ Caruana Galizia mingħand l-investigatturi fil-qtil.
Is-sorsi tagħna qalu li Jason Azzopardi seta’ uża l-informazzjoni li jikseb għal gwadann politiku.
Is-sorsi tagħna qalulna li kien għalhekk li Adrian Delia ma eskludiex li hemm xi id moħbija għax il-messaġġi ħarġu fi storja li kellu l-ġurnalist Jacob Borg, persuna qrib tal-fazzjoni Busuttil fosthom id-deputati Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Therese Comodini Cachia u David Thake.
“Il-messaġġi Jacob Borg xi ħadd tah, u ikkrejaw chat tal-whats app biex b’xi mod jimplikaw lili ma Yorgen Fenech u jgħidu li kelli xi konessjoni.”
Nhar il-Ħadd, Delia kien konxju li dawn il-manuvri ġejjin min xi ħadd li jrid jattakkah.
“Dawn huma manuvri biex jipprovaw jattakkaw lili”
Qabel ġew ippubblikati dawn il-messaġġi, id-deputat Nazzjonalist David Thake poġġa lil Adrian Delia taħt investigazzjoni meta reġa irrepeta l-allegazzjoni li għamel sena ilu, li Delia ġie offrut flus mingħand Yorgen Fenech biex jiġi imminat David Casa.
“Kemm kien l-ammont li offra Yorgen Fenech biex David Casa fil-Partit ma jiġix elett? Inti forsi infurmat jew ma nafx jekk intix infurmat li offra €50,000 Yorgen Fenech biex Casa ma jiġix elett?”
Minkejja dawn l-isforzi sabiex itajjruh minn Kap, Adrian Delia qed jinsisti sabiex ikun jaf il-verità kollha fuq id-deputati tiegħu, fosthom min kien id-deputat nazzjonalista li kien jiekol b’xejn u jitlob kmamar b’xejn fil-lukanda Hilton mingħand Yorgen Fenech. Jew min kien joffri servizzi legali lil Yorgen Fenech jew kumpaniji tiegħu.
Sirt taf min hu deputat li kien imur jiekol għand YF?
Le għadni ma sirt naf u huwa important nkun nafu min hu.
We will prove li toħroġ il-verita. Mhux biss ic-chats, imma fuq il-komunikazzjonijiet u negozju ta’ Kulħadd.