L-attur Johnny Depp deher f’Qorti f’Londra wara li fetaħ libell kontra l-gazzetta The Sun.
Il-gazzetta rrappurtat li l-istilla tal-Pirates of the Caribbean kien vjolenti lejn l-eks mara tiegħu, Amber Heard.
F’April ta’ sentejn ilu, it-tabloid Ingliża pinġiet lil Depp bħala wieħed li jsawwat lin-nisa.
L-avukat tal-attur qal li l-eks mara ta’ Depp gidbet u kienet l-istess mara li kienet vjolenti fil-konfront tal-klijent tiegħu.
Depp u Heard iżżewwġu fi Frar ta’ ħames snin ilu iżda ddivorzjaw, ħmistax-il xahar biss wara li wegħdu mħabbithom lil xulxin għal dejjem.