Albaniż ta’ 32 sena mix-Xlendi Għawdex nżamm arrestat wara li ametta li ta’ fastidju sesswali lil mara.
Il-każ ġara fil-5ta’ Lulju għall-ħabta tal-23:20 ta’ filgħaxija waqt li kien fi stabbiliment fi Triq il-Ġostra, Xlendi, Għawdex, ta’ fastidju sesswali lil mara mingħajr il-kunsens tagħha.
Hu ġie akkużat ukoll li għamel dawn l-atti f’post pubbliku u li qal kliem oxxen fil-pubbliku.
Il-Maġistrat Brigette Sultana mistenni tagħti s-sentenza fil-jiem li ġejjin.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci