Albaniż ta’ 30 sena minn Birżebbuġa jinsab f’qagħda gravi wara li waqa’ madwar 3 metri minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart tat-Tnejn filgħodu fi Triq Duminku Mintoff, Raħal Ġdid.
Immedjatament fuq il-post tal-inċident marret ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.