Minkejja li Simon Busuttil qed jipprova jidher ta’ xi ħadd li jrid jippontifika fuq liġi li daħħal dan il-Gvern u li hu flimkien mal-Gvern li kien jagħmel parti minnu, irreżista għal 25 sena milli jdaħħal, tajjeb li wieħed ifakkar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa l-uniku Mexxej ta’ Partit politiku li ried u prova jostor il-verità milli toħroġ permezz ta’ protest ġudizzjarju waqt li kien qed jinstema’ l-każ work for votes f’Għawdex.
Dan qalu l-Partit Laburista wara li l-Partit Nazzjonalista bagħat iktar kmieni, intotalata ‘Min jikxef il-verità ħaqqu protezzjoni mhux theddid’.
Il-Partit Laburista qal li Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux xiber wieħed ta’ kredibiltà meta waqt li l-Whistleblower kien qed jixhed fil-Qorti dwar każ skandaluż li fuqu m’għamel xejn, prova jagħmilu sarima ma’ ħalqu u jintimidah.
Bid-differenza dan il-Gvern jaġixxi fuq il-każijet li jkollu quddiemu, tant li huwa stess daħħal liġijiet li jiskrutinaw ħidmietu meta seta’ għamel bħal ta’ qablu u m’għamel xejn.
Dik hi d-differenza bejn min jipprova jgħallem lil ħaddieħor fuq xi ħaġa li jkun weħel minnha diversi drabi, u min bil-fatti ma jħares lejn wiċċ ħadd.