Is-Senat tal-Brażil ivvota biex Dilma Rousseff titneħħa minn President tal-pajjiż, wara li ġiet akkużata li mmanipulat il-baġit; akkużi li hija ċaħdet.
61 senatur ivvutaw favur it-tkeċċija ta’ Rousseff, u 20 ivvutaw kontra. Dan ifisser li nġabru ż-żewġ terzi ta’ voti meħtieġa biex Rousseff titneħħa mill-poter.
Din id-deċiżjoni se ġġib fi tmiemhom 13–il sena tmexxija mill-partit xellugi tal-ħaddiema.