L-assigurazzjoni fuq id-dar.
Din il-frażi tintuża sabiex tirreferi għal assigurazzjoni li tkopri kemm il-binja tad-dar kif ukoll dak kollu li hemm ġo fiha.
Iżda wieħed m’għandux jassumi li l-polza tal-assigurazzjoni fuq id-dar awtomatikament tkopri l-kontenut ukoll. F’diversi drabi l-polza tal-assigurazzjoni tal-bini hija separata minn dik tal-assigurazzjoni fuq il-kontenut.
Għal dan il-għan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta nediet kampanja ta’ informazzjoni sabiex iżżid l-għarfien tal-pubbliku fuq id-diversi poloz ta’ assigurazzjoni fuq dar.
L-uffiċjal responsabbli għall-conduct supervision fi ħdan l-MFSA Emily Benson, spjegat li l-għan ta’ din il-kampanja ta’ informazzjoni huwa dak li jiddistingwi bejn id-diversi prodotti disponibbli.
Hija spjegat: “We’ve been raising this publicity campaign to ask consumers to ask their insurers to explain to them what they’re buying so the consumer knows they’re getting value for money. It’s also the case that the pricing of these products together is not actually cheaper than buying the two covers’ separately so we want to make sure that consumers are getting the best value for money.”
L-iktar tliet poloz popolari huma l-assigurazzjoni fuq il-binja waħidhom, l-assigurazzjoni fuq il-binja u l-oġġetti u l-assigurazzjoni fuq l-oġġetti waħdihom.
Mistoqsija dwar x’riskji hemm jekk wieħed jgħix f’dar mingħajr assigurazzjoni, Emily Benson wissiet b’mod partikolari dawk li għadhom qegħdin iħallsu s-self fuq il-proprjetà tagħhom.
Benson wieġbet: “If you own your own home obviously you’ve probably got a mortgage and you could be in a situation where the worst happens then you’d be still liable for the mortgage even if you haven’t got anywhere to live. So your mortgage company would normally tell you to get buildings cover.”
Benson qalet li permezz ta’ kampanji bħal din l-MFSA hi mpenjata sabiex tħares l-aktar setturi vulnerabbli u għaldaqstant fejn teħtieġ aktar informazzjoni u timplimenta miżuri u programmi li jsaħħu l-għarfien li jwassal għall-protezzjoni tal-klijent.